23.10.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 288/41
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2010 — Noko Ngele vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-15/10 R II)
(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Talba għal miżuri provviżorji - Talba ġdida - Inammissibbiltà)
2010/C 288/79
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Mariyus Noko Ngele (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: F. Sabakunzi, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: A. Bordes, aġent)
Suġġett
Talba intiża, essenzjalment, biex jiġu ddikjarati illegali l-minuti tas-seduta (2009) 1874 finali tal-Kummissjoni, tas-27 ta’ Mejju 2009, inkwantu fihom jidher li din tal-aħħar ħadet id-deċiżjoni li tagħti għajnuna legali lil wieħed mill-ex membri tagħha u lil bosta mill-membri tal-persunal tagħha.
Dispożittiv
(1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
(2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy