21.5.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 152/20
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Marzu 2011 — Noko Ngele vs Il-Kummissjoni et
(Kawża T-15/10) (1)
(Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Rikors parzjalment ippreżentat quddiem qorti li ma għandhiex kompetenza - Rikors parzjalment inammissibbli - Nuqqas ta’ rabta kawżali - Rikors parzjalment manifestament infondat fid-dritt - Artikoli 111 u 114 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali)
2011/C 152/37
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Mariyus Noko Ngele (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: F. Sabakunzi, avukat)
Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bordes, aġent), AT (Brussell, il-Belġju), AU (Brussell), AV (Brussell); u AW (Brussell)
Suġġett
Rikors għad-danni intiż għall-kumpens għad-dannu materjali allegatament subit mir-rikorrent minħabba l-impossibbiltà li jipproċedi għall-irkupru ta’ dejn u għad-dannu morali allegatament subit mir-rikorrent minħabba l-bidu ta’ proċeduri kriminali kontrih fil-Belġju.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala ppreżentat quddiem qorti li ma għandhiex kompetenza tieħu konjizzjoni tiegħu sa fejn dan huwa intiż kontra AT, AU, AV u AW.
(2)
Il-kap tat-talbiet ta’ Mariyus Noko Ngele intiż sabiex il-Qorti Ġenerali taqta’ u tiddeċiedi li ċ-Centre pour le développement des entreprises (CDE) qatt ma ssostitwixxa ċ-Centre pour le développement industriel (CDI) u li ċ-CDE ma għandux eżistenza legali u personalità ġuridika fil-Belġju huwa miċħud bħala mressaq quddiem qorti li ma għandhiex kompetenza tieħu konjizzjoni tiegħu.
(3)
It-talba ta’ M. Noko Ngele intiża sabiex il-Qorti Ġenerali tordna l-eżekuzzjoni ta’ din is-sentenza hija miċħuda bħala inammissibbli.
(4)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.
(5)
M. Noko Ngele huwa kkundannat għall-ispejjeż relatati ma’ dawn il-proċeduri kif ukoll mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.
(1) ĠU C 161, 19.06.2010.
Full & Egal Universal Law Academy