22.5.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 134/37
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Marzu 2010 — Alisei vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-16/10 R)
(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Programm li jistabbilixxi “faċilità tal-ikel” iddestinat għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw - Sejħa ghal proposti għall-għoti ta’ sussidji - Rifjut ta’ sussidju - Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ interess ġuridiku - Ksur ta’ rekwiżiti formali - Inammissibbiltà”)
2010/C 134/64
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Alisei (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: F. Sciaudone, R. Sciaudone u A. Neri, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Prete u P. van Nuffel, aġenti)
Suġġett
Talba għal miżuri provviżorji dwar l-għażla ta’ applikazzjonijiet għal sussidju ppreżentati fil-kuntest tal-programm “Faċilità ta’ risposta ta’ malajr għaż-żieda qawwija fil-prezzijiet tal-ikel fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw” (EuropeAid/128608/C/ACT/Multi).
Dispożittiv
(1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
(2)
L-ispejjeż huwa rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy