21.5.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 152/21
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2011 — Internationaler Hilsfonds vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-36/10) (1)
(Rikors għal annullament - Aċċess għad-dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti dwar il-kuntratt LIEN 97-2011 - Risposta għal applikazzjoni inizjali - Terminu tar-rikors - Inammissibbiltà manifesta - Rifjut impliċitu ta’ aċċess - Interess ġuridiku - Deċiżjoni espliċita adottata wara l-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2011/C 152/38
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Internationaler Hilsfonds eV (Rosbach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment minn H. Kaltenecker, sussegwentement minn R. Bôhm, u fl-aħħar nett minn H. Kaltenecker, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Costa de Oliveira u T. Scharf, aġenti)
Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: inizjalment minn B. Weis Fogh u V. Pasternak Jørgensen, sussegwentement minn V. Pasternak Jørgensen, C. Yang u S. Juul Jørgensen, aġenti)
Suġġett
Talba għal annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Ottubru 2009 u tal-1 ta’ Diċembru 2009 li jirrifjutaw l-aċċess komplet lil Internationaler Hilfsfonds tal-fajl dwar il-kuntratt LIEN 97-2011.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors għal annullament, sa fejn huwa intiż kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Ottubru 2009, huwa miċħud bħala inammissibbli.
(2)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet ta’ Internationaler Hilfsfonds eV għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni Ewropea li tiċħad l-applikazzjoni tagħha tal-15 ta’ Ottubru 2009 għal aċċess għad-dokumenti dwar il-kuntratt LIEN 97-2011.
(3)
Internationaler Hilfsfonds hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk inkorsi mill-Kummissjoni f’dak illi jirrigwarda t-talbiet għal annullament, sa fejn dawn huma intiżi kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Diċembru 2009.
(4)
Il-Kummissjoni hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk inkorsi minn Internationaler Hilfsfonds f’dak illi jirrigwarda t-talbiet għal annullament, sa fejn dawn huma intiżi kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Diċembru 2009.
(5)
Ir-Renju tad-Danimarka huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 100, 17.04.2010.
Full & Egal Universal Law Academy