19.2.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 55/23
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2010 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-38/10 P) (1)
(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Rimbors tal-ispejjeż li jistgħu jiġu rkuprati - Eċċezzjoni ta’ rikors parallel - Difetti proċedurali - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)
2011/C 55/41
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentanti: G. Cipressa, avukat)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u L. Currall, aġenti, assistiti minn A. DaI Ferro, avukat)
Suġġett
Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (l-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Novembru 2009, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-70/07, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiża għall-annullament ta’ dan id-digriet.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Luigi Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.
(1) ĠU C 80, 27.3.2010.
Full & Egal Universal Law Academy