7.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/16
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2011 — Elementis et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-43/10) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Swieq tal-istabillizzaturi tal-landa u tal-istabilizzaturi tas-sħana ESBO/esters - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Irtirar tad-deċiżjoni - Tmiem tas-suġġett tal-kawża - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2012/C 6/29
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Elementis plc (Londra, ir-Renju Unit); Elementis Holdings Ltd (Londra); Elementis UK Ltd (Londra); u Elementis Services Ltd (Londra) (rappreżentanti: T. Wessely, A. de Brousse, avukati, A. Woods, solicitor, u E. Spinelli, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Ronkes Agerbeek u J. Bourke, aġenti, assistit minn J. Holmes, barrister)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 8682 finali, tal-11 ta’ Novembru 2009, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C.38.589 — Stabbilizzaturi tas-sħana), sa fejn hija tikkonċerna lir-rikorrenti, kif ukoll, sussidjarjament, talba għal tnaqqis tal-ammont tal-multi imposti fuq ir-rikorrenti permezz ta’ din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
(1)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 100, 17.04.2010.
Full & Egal Universal Law Academy