25.2.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 58/9
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Jannar 2012 — Phoenix-Reisen u DRV vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-58/10) (1)
(Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Skema Ġermaniża rigward kumpens imħallas lill-ħaddiema tal-impriżi li saru insolventi u l-finanzjament tagħhom - Deċiżjoni li tikkonstata n-nuqqas ta’ għajnuna mill-Istat - Inammissibbiltà)
2012/C 58/17
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Phoenix-Reisen GmbH (Bonn, il-Ġermanja); u Deutscher Reiseverband eV (DRV) (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Gerharz, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u B. Martenczuk, aġenti)
Il-parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze, J. Möller u B. Klein, aġenti)
Suġġett
Annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 8707 finali, tad-19 ta’ Novembru 2009, li tiddikjara li l-iskema rigward kumpens imħallas lill-ħaddiema tal-impriżi li saru insolventi u l-finanzjament tagħhom, prevista mil-leġiżlazzjoni Ġermaniża, ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat (Għajnuna NN 55/2009) (ĠU C 323, p. 5)
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
(2)
Phoenix-Reisen GmbH u Deutscher Reiseverband eV (DRV) għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk tal-Kummissjoni Ewropea.
(3)
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 113, 1.5.2010.
Full & Egal Universal Law Academy