14.8.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 221/46
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2010 — Victoria Sánchez vs Il-Parlament u Il-Kummissjoni
(Kawża T-61/10 R)
(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Talba għal miżuri provviżorji - Ksur tar-rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà)
2010/C 221/76
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Fernando Marcelino Victoria Sánchez (Sevilla, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment N. Domínguez Varela, sussegwentement P. Suarez Plácido, avukati)
Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N Lorenz, N. Görlitz u P. López-Carceller, aġenti); u l-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Lozano Palacios u I. Martínez del Peral, aġenti)
Suġġett
Talba għal miżuri provviżorji intiża sabiex l-integrità fiżika tar-rikorrenti, id-drittijiet fundamentali tiegħu u dawk taċ-ċittadini Ewropej li jistgħu jkunu affettwati, jiġu ggarantiti.
Dispożittiv
(1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
(2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy