12.2.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 46/13
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Diċembru 2010 — Apostolov vs Il Kummissjoni
(Kawża T-73/10 P) (1)
(Appell - Servizz pubbliku - Reklutaġġ - Kompetizzjoni - Ċaħda tal-kandidatura - Terminu għall-preżentata ta’ appell - Dewmien - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)
2011/C 46/26
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Svetoslav Apostolov (Saarwellingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. Schneider-Addae-Mensah, avukat)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers)
Suġġett
Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2009, Apostolov vs Il-Kummissjoni (F-8/09, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), u intiż b’mod partikolari għall-annullament ta’ dan id-digriet.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud
(2)
Svetoslav Apostolov għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.
(1) ĠU C 100, 17.04.2010
Full & Egal Universal Law Academy