12.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 331/20
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2011 — Regione Puglia vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-84/10) (1)
(Rikors għal annullament - FEŻR - Deċiżjoni ta’ tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja - Entità reġjonali - Nuqqas ta’ interess dirett - Inammissibbiltà)
2011/C 331/39
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Regione Puglia (Bari, l-Italja) (rappreżentanti: F. Brunelli u A. Aloia, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Cattabriga u A. Steiblytė, aġenti)
Suġġett
Talba għal anullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 10350, tat-22 ta’ Diċembru 2009, dwar it-tneħħija ta’ parti mill-għajnuna tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) mogħti skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2000) 2349, tat-8 ta’ Awwissu 2000, li approvat il-programm operattiv POR Puglia, għall-perijodu 2000-2006, skont l-Objettiv Nru 1.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
(2)
Ir-Regione Puglia għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inklużi dawk l-ispejjeż relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.
(1) ĠU C 113, 01.05.2010.
Full & Egal Universal Law Academy