1.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/43
Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta April 2013 — Südzucker et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-102/10) (1)
(Agrikultura - Zokkor - Imposti fuq il-produzzjoni - Annullament u dikjarazzjoni ta’ invalidità parzjali tar-Regolament (KE) Nru 1193/2009 wara l-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2013/C 156/80
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Südzucker AG Mannheim/Ochsenfurt (Mannheim, il-Ġermanja); Agrana Zucker GmbH (Vjenna, l-Awstrija); Südzucker Polska S.A. (Wroclaw, il-Polonja); Raffinerie tirlemontoise (Brussell, il-Belġju); u Saint Louis Sucre SA, (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: H.-J. Prieß u B. Sachs, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Rossi u B. Schima, aġenti)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment minn F. Díez Moreno, sussegwentement minn A. Rubio González, avukati tal-Istat); u r-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentanti: inizjalment minn R. Janeckaitė u R. Krasuckaitė, sussegwentement minn R. Krasuckaitė u R. Mackevičienè, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: inizjalment minn S. Behzadi-Spencer u S. Hathaway, sussegwentement minn S. Behzadi-Spencer u A. Robinson, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1193/2009, tat-3 ta’ Novembru 2009, li jirrettifika r-Regolamenti (KE) Nru 1762/2003, (KE) Nru 1775/2004, (KE) Nru 1686/2005, (KE) Nru 164/2007 u li jiffissa l-imposti tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor għas-snin tas-suq 2002/2003,2003/2004, 2004/2005, 2005/2006 (ĠU L 321, p. 1).
Dispożittiv
(1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk ta’ Südzucker AG Mannheim/Ochsenfurt, Agrana Zucker GmbH, Südzucker Polska S.A., Raffinerie tirlemontoise u Saint Louis Sucre SA.
(3)
Ir-Renju ta’ Spanja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq kif ukoll ir-Repubblika tal-Litwanja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.
(1) ĠU C 113, 01.05.2010
Full & Egal Universal Law Academy