19.6.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 161/41
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ April 2010 — Il-Parlament vs U
(Kawża T-103/10 P(R)) (1)
(“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Deċiżjoni ta’ tkeċċija - Digriet tal-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea mogħti fi proċeduri għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ urġenza”)
2010/C 161/65
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Seyr u K. Zejdová, aġenti)
Appellat: U (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: F. Moyse u A. Salerno, avukati)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea, tat-18 ta’ Diċembru 2009, U vs Il-Parlament (F-92/09 R, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.
Dispożittiv
(1)
Id-digriet tal-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea, tat-18 ta’ Diċembru 2009, U vs Il-Parlament (F-92/09 R, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra) huwa annullat.
(2)
It-talba għal miżuri provviżorji mressqa minn U hija miċħuda.
(3)
L-ispejjeż huma rriżervati.
(1) ĠU C 113, 01.05.2010.
Full & Egal Universal Law Academy