20.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 392/27
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2017 – Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-104/10) (1)
((“Rikors għal annullament - FEŻR - Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja - Programm Resider II - Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni - Ksur ta’ rekwiżiti formali essenzjali - Rikors manifestament fondat”))
(2017/C 392/34)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: J. Möller u T. Henze, aġenti, assistiti minn C. von Donat, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B.-R. Killmann, B. Conte u A. Steiblytė, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 10561, tat-18 ta’ Diċembru 2009, li tnaqqas l-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(95) 2539, tas-27 ta’ Novembru 1995, għall-programm Resider II rigward Saarland (1994-1999), fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 10561, tat-18 ta’ Diċembru 2009, li tnaqqas l-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) permezz tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C(95) 2539, tas-27 ta’ Novembru 1995, għall-programm Resider II rigward Saarland (1994-1999), fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, hija annullata.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 134, 22.5.2010.
Full & Egal Universal Law Academy