21.12.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 429/23
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ottubru 2015 – Lidl Stiftung vs UASI – Vinotasia (VITASIA)
(Kawża T-124/10) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)))
(2015/C 429/30)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Marx u M. Schaeffer, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Schneider u D. Botis, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Vinotasia GmbH (Koblenz, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Gail, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta’ Jannar 2010 (Każ R 1054/2008-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Vinotasia GmbH et Lidl Stiftung & Co. KG.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.
1)
Lidl Stiftung & Co. KG u Vinotasia GmbH huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom stess, kif ukoll, kull waħda, nofs l-ispejjeż tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).
(1) ĠU C 134, 22.5.2010.
Full & Egal Universal Law Academy