19.3.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 89/17
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Jannar 2011 — M vs EMEA
(Kawża T-136/10) (1)
(Rikors għad-danni - Nuqqas ta’ kompetenza tal-Qorti Ġenerali - Rinviju quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku)
2011/C 89/39
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: M (Broxbourne, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: C. Thomann, barrister, u I. Khawaja, solicitor)
Konvenuta: Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMEA) (rappreżentanti: V. Salvatore u N. Rampal Olmedo, aġenti)
Suġġett
Talba għad-danni, skont l-Artikoli 268 TFUE u 340 TFUE, minħabba dannu allegatament subit wara aċċident fuq il-post tax-xogħol.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa rrinvjat quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea.
(2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
(1) ĠU C 148, 05.06.2010.
Full & Egal Universal Law Academy