14.5.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 145/27
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Marzu 2011 — Milux vs UASI (REFLUXCONTROL et)
(Kawża T-139/10, T-280/10 sa T-285/10 u T-349/10 sa T-352/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Rappreżentanza tar-rikorrenti minn avukat li mgħandux il-kwalità ta’ terzi - Inammissibbiltà)
2011/C 145/46
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Milux Holding SA (Luxembourg, il-Lussemburgu) (rappreżentant: J. Bojs, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjonijiet tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-13 ta’ Jannar 2010 (Każ R 1134/2009-4), dwar l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali REFLUXCONTROL bħala trade mark Komunitarja (Kawża T-139/10), tad-29 ta’ April 2010 (Każ R 1432/2009-4), dwar l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali ANEURYSMCONTROL bħala trade mark Komunitarja (Kawża T-280/10), tad-29 ta’ April 2010 (Każ R 1433/2009-4), dwar l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali APPETITECONTROL bħala trade mark Komunitarja (Kawża T-281/10), tat-8 ta’ Ġunju 2010 (Każ R 1434/2009-4), dwar l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali STOMACONTROL bħala trade mark Komunitarja (Kawża T-282/10), tas-17 ta’ Ġunju 2010 (Każ R 1435/2009-4), dwar l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali BMICONTROL bħala trade mark Komunitarja (Kawża T-283/10), tat-3 ta’ Ġunju 2010 (Każ R 1438/200-4), dwar l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali IMPLANTCONTROL bħala trade mark Komunitarja (Kawża T-284/10), tad-29 ta’ April 2010 (Każ R 1444/2009-4), dwar l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali CHEMOCONTROL bħala trade mark Komunitarja (Kawża T-285/10), tad-29 ta’ Ġunju 2010 (Każ R 1436/2009-4), dwar l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali OVUMCONTROL bħala trade mark Komunitarja (Kawża T-349/10), tat-2 ta’ Lulju 2010 (Każ R 1437/2009-4), dwar l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali HEARTCONTROL bħala trade mark Komunitarja (Kawża T-350/10), tat-28 ta’ Lulju 2010 (Każ R 1439/2009-4), dwar l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali VESICACONTROL bħala trade mark Komunitarja (Kawża T-351/10), u tat-28 ta’ Lulju 2010 (Każ R 1443/2009-4), dwar l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali RECTALCONTROL bħala trade mark Komunitarja (Kawża T-352/10).
Dispożittiv
(1)
Il-Kawżi T-139/10, T-280/10 sa T-285/10 u T-349/10 sa T-352/10 huma magħquda għall-finijiet tad-digriet.
(2)
Ir-rikorsi huma miċħuda bħala inammissibbli.
(3)
Milux Holding SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 148, 5.6.2010.
Full & Egal Universal Law Academy