11.9.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 246/36
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2010 — Grupo Osborne vs UASI — Confecciones Sanfertús (TORO)
(Kawża T-165/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2010/C 246/61
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Grupo Osborne, SA (El Puerto de Santa María, Spanja) (rappreżentant: J. M. Iglesias Monravá, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: D. Botis, agent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Confecciones Sanfertús, SL (Graus, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-22 ta’ Jannar 2010 (Każ R 638/2009-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Confecciones Sanfertús, SL u Grupo Osborne, SA.
Dispożittiv
1)
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.
2)
Ir-rikorrenti għandha tbati l-ispejjeż.
(1) ĠU C 148, 05.06.2010.
Full & Egal Universal Law Academy