18.2.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 49/24
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2011 — Stitching Woonpunt et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-203/10) (1)
(Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ għajnuna mogħtija mill-Pajjiżi l-Baxxi lil kumpanniji ta’ akkomodazzjoni soċjali - Għajnuna eżistenti - Deċiżjoni li taċċetta l-impenji tal-Istat Membru - Deċiżjoni li tiddikjara għajnuna ġdida kompatibbli - Rikors għal annullament - Nuqqas ta’ interess individwali - Nuqqas ta’ interess ġuridiku - Inammissbbiltà)
2012/C 49/43
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Stichting Woonpunt (Beek, il-Pajjiżi l-Baxxi); Stichting Com.wonen (Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi); Woningstichting Haag Wonen (La Haye, il-Pajjiżi l-Baxxi); u Stichting Woonbedrijf SWS.Hhvl (Eindhoven, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: P.Glazener, E. Henny u T. Ottervanger, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. vanVliet, S. Noë u S. Thomas, aġenti, assistiti minn H. Gilliams, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 9963 finali, tal-15 ta’ Diċembru 2009, dwar sistema ta’ għajnuna E 2/2005 u N 642/2009 — Il-Pajjiżi l-Baxxi — Għajnuna eżistenti u għajnuna speċifika għal proġetti favur kumpanniji ta’ akkomodazzjoni.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
(2)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet ta’ intervent ta’ Vesteda Groep BV u tal-Assoċjazzjoni ta’ investituri istituzzjonali fil-proprjetà immobbli tal-Pajjiżi l-Baxxi.
(3)
Stichting Woonpunt, Stichting Com.wonen, Woningstichting Haag Wonen u Stichting Woonbedrijf SWS.Hhvl għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(4)
Vesteda Groep BV u tal-Assoċjazzjoni ta’ investituri istituzzjonali fil-proprjetà immobbli tal-Pajjiżi l-Baxxi, intervenjenti, għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 179, 03.07.2010.
Full & Egal Universal Law Academy