6.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 221/16
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2015 – Stichting Woonpunt et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-203/10 RENV) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Akkomodazzjoni soċjali - Skema ta’ għajnuna mogtija favur kumpanniji ta’ akkomodazzjoni soċjali - Għajnuna eżistenti - Deċiżjoni li taċċetta l-imenji tal-Istat Membru - Rikors manifestament nieqes minn kull bażi fil-liġi”))
(2015/C 221/22)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Stichting Woonpunt (Maastricht, il-Pajjiżi l-Baxxi); Stichting Havensteder, li qabel kienet Stichting Com.wonen (Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi); Woningstichting Haag Wonen (Den Haag, il-Pajjiżi l-Baxxi); u Stichting Woonbedrijf SWS.Hhvl (Eindhoven, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: inizjalment P. Glazener u E. Henny, sussegwentement P. Glazener, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. J. Loewenthal u S. Noë, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: inizjalment T. Materne u J.-C. Halleux, sussegwentement J.-C. Halleux, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Vereniging van Institutionele Beleggers in Vastgoed, Nederland (IVBN) (Voorburg, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: M. Meulenbelt, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 9963 finali, tal-15 ta’ Diċembru 2009, dwar l-għajnuna mill-Istat E 2/2005 u N 642/2009 – Il-Pajjiżi l-Baxxi – Għajnuna eżistenti u għajnuna speċifika għal proġetti favur kumpanniji ta’ akkomodazzjoni.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Stichting Woonpunt, Stichting Havensteder, Woningstichting Haag Wonen u Stichting Woonbedrijf SWS.Hhvl għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea.
3)
Ir-Renju tal-Belġju u Vereniging van Institutionele Beleggers in Vastgoed, Nederland (IVBN), għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 179, 3.7.2010.
Full & Egal Universal Law Academy