28.8.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 234/39
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2010 — Strålfors vs UASI (IDENTIFICATION SOLUTIONS)
(Kawża T-212/10) (1)
(Rikors għal annullament - Rikors promotur - Rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà manifesta)
2010/C 234/71
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Strålfors AB (Malmö, l-Isveżja) (rappreżentant: M. S. Nielsen, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-22 ta’ Jannar 2010 (Każ R 1112/2009-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali IDENTIFICATION SOLUTIONS bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
(2)
Strålfors AB għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 195, 17.07.2010.
Full & Egal Universal Law Academy