12.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 331/21
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2011 — Regione Puglia vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-223/10) (1)
(FEŻR - Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja - Irtirar tan-nota ta’ debitu kkontestata - Tmiem tas-suġġett tal-kawża - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2011/C 331/40
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Regione Puglia (Bari, l-Italja) (rappreżentanti: F. Brunelli u A. Aloia, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Prete u A. Steiblytė, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tan-Nota ta’ debitu Nru 3241001630, tas-26 ta’ Frar 2010, dwar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 10350, tat-22 ta’ Diċembru 2009, dwar it-tnaqqis tal-għajnuna ekonomika mogħtija mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), bl-applikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2000) 2349, tat-8 ta’ Awwissu 2000, favur il-programm operattiv POR Puglia, għall-perijodu 2000 — 2006, abbażi tal-Objettiv Nru 1.
Dispożittiv
(1)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.
(2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha fir-rigward tal-kawża preżenti u Regione Puglia għandha tbati l-ispejjeż marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.
(1) ĠU C 179, 03.07.2010.
Full & Egal Universal Law Academy