23.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 219/16
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Mejju 2011 — Danzeisen vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-242/10) (1)
(Rikors għal annullament - Regolament Nru 271/2010 - Rikors li ma għadx għandu skop - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2011/C 219/24
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Werner Danzeisen (Eichstetten, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Schmidt, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. von Rintelen, F.W. Bulst, M. Vollkommer, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 271/2010, tal-24 ta’ Marzu 2010, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007, f’dak li għandu x’jaqsam mal-logo tal-produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 84, p. 19)
Dispożittiv
(1)
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.
(2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 221, 14.8.2010.
Full & Egal Universal Law Academy