16.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 336/21
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Settembru 2013 — Rungis express vs UASI — Žito (MARESTO)
(Kawża T-243/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2013/C 336/42
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Rungis express AG (Meckenheim, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment minn U. Feldmann, sussegwentement minn O. Dimopoulou, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: B. Schmidt, R. Pethke u D. Botis, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Žito prehrambena industrija d.d. (Ljubljana, is-Slovenja) (rappreżentant: M. Praviček, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Marzu 2010 (Każ R 691/2009-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Žito prehrambena industrija d.d. u Rungis express AG.
Dispożittiv
(1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.
(2)
Ir-rikorrenti u l-intervenjenti huma kkundannati jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom, kif ukoll, kull waħda minnhom, nofs l-ispejjeż tal-konvenut.
(1) ĠU C 234, 28.8.2010.
Full & Egal Universal Law Academy