19.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 340/22
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2011 — Land Wien vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-267/10) (1)
(Enerġija nukleari - Rikors promotur - Rikors għal annullament - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tittiħidx azzjoni fir-rigward ta’ lment dwar proġett ta’ estensjoni ta’ partijiet minn impjant nukleari - Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Nuqqas tal-Kummissjoni li tittrażmetti d-dokumenti kollha mitluba relatati ma’ dan il-proġett - Rekwiżiti proċedurali - Artikolu 44(1)(ċ) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali - Inammissibbiltà)
2011/C 340/45
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Land Wien (l-Awstrija) (rappreżentant: W.-G. Schärf, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Oliver, M. Patakia u G. Wilms, aġenti)
Suġġett
Essenzjalment, minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Marzu 2010 li ma tittiħidx azzjoni fir-rigward tal-ilment tar-rikorrent marbut mal-proġett ta’ estensjoni tal-partijiet 3 u 4 tal-impjant nukleari ta’ Mochovce (ir-Repubblika Slovakka) u, min-naħa l-oħra, talba intiża li tikkonstata n-nuqqas li tittieħed azzjoni mill-Kummissjoni, fis-sens tal-Artikolu 265 TFUE, sa fejn id-dokumenti kollha mitluba dwar dan il-proġett ma ġewx trażmessi lir-rikorrent, bi ksur tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Land Wien huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 234, 28.08.2010.
Full & Egal Universal Law Academy