11.9.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 246/36
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Lulju 2010 — H vs Il-Kunsill et
(Kawża T-271/10 R)
(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Uffiċjal nazzjonali kkollokat mal-missjoni tal-pulizija tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnja u Ħerżegovina - Deċiżjoni ta’ assenjazzjoni mill-ġdid u ta’ tnaqqis fil-grad - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Ammissibbiltà - Nuqqas ta’ urġenza)
2010/C 246/62
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: H (Catania, l-Italja) (rappreżentanti: C. Mereu u M. Velardo, avukati)
Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. (rappreżentanti: A. Vitro u G. Marhic, aġenti); u Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher u B. Eggers, aġenti)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tas-7 ta’ April 2010 tal-kap tal-missjoni tal-pulizija tal-Unjoni Ewropea (MPUE) fil-Bożnja u Ħerżegovina li għandha bħala effett it-tnaqqis fil-grad u l-assenjazzjoni mill-ġdid tar-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea huma kkunsidrati bħala l-uniċi konvenuti.
2)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
3)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy