18.6.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 179/15
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ April 2011 — Martin vs il-Kummissjoni
(Kawża T-291/10) (1)
(Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Rifjut impliċitu għal aċċess - Deċiżjoni espliċita adottata wara l-preżentata ta’ rikors - Ma hemmx lok li tingħta deċiżjoni)
2011/C 179/27
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Anne Martin (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: U. O'Dwyer, solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Costa de Oliveira u C ten Dam, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentant: S. Juul Jørgensen, aġent)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni tal-20 ta’ April 2010 li tirrifjuta li tagħhti lir-rikorrenti l-aċċess għad-dokumenti li jidhru fil-fajl dwar l-għajnuna mill-Isata N 654/2008, innotifikata mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq fid-19 ta’ Diċembru 2008, favur Short Brothers plc.
Dispożittiv
(1)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk ta’ A. Martin.
(3)
Ir-Renju tad-Danimarka għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 234, 28.8.2010.
Full & Egal Universal Law Academy