26.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 347/32
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ottubru 2011 — DBV vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża T-297/10) (1)
(Rikors għal annullament - Dumping - Importazzjonijiet ta’ ċerti roti tal-aluminju li joriġinaw miċ-Ċina - Drittijiet tad-difiża - Kalkolu tal-valur normali - Proporzjonalità - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt)
2011/C 347/54
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: DBV Deutscher Brennstoffvertrieb Würzburg GmbH (Würzburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Rudolph u A. Günther, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet u T. Maxian Rusche, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2010, tal-10 ta’ Mejju 2010, li jimponi dazju provviżorju ta’ anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti roti tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 117, p. 64).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
DBV Deutscher Brennstoffvertrieb Würzburg GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 246, 11.09.2010.
Full & Egal Universal Law Academy