9.4.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 113/13
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Frar 2011 — Abercrombie & Fitch Europe vs UASI — Gilli (GILLY HICKS)
(Kawża T-336/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2011/C 113/27
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Abercrombie & Fitch Europe SA (Mendrisio, l-Isvizzera) (rappreżentanti: S. Malynicz, barrister, D. Stone u L. Ritchie, solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)
Parti oħra fil-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Gilli Srl (Milano, l-Italja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-20 ta’ Mejju 2010 (Każ R 832/2008-1) dwar proċedimenti ta’oppożizzjoni bejn Gilli Srl u Abercrombie & Fitch Europe SA.
Dispożittiv
(1)
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.
(2)
Ir-rikorrenti għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-konvenut.
(1) ĠU C 274, 9.10.2010.
Full & Egal Universal Law Academy