19.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 340/22
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-21 ta’ Settembru 2011 — Etimine u Etiproducts vs REACH
(Kawża T-343/10) (1)
(Rikors għal annullament - REACH - Identifikazzjoni tal-aċidu boriku u tat-tetraborat tad-diossidju anidrat bħala sustanzi ta’ tħassib serju ħafna - Nuqqas ta’ interess dirett - Inammissibbiltà)
2011/C 340/47
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Etimine SA (Bettembourg, il-Lussemburgu) u Ab Etiproducts Oy (Espoo, il-Finlandja), (rappreżentanti: K. Van Maldegem u C Mereu, avukati)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (REACH) (rappreżentanti: M. Heikkilä u W. Broere, aġenti, assistiti minn J. Stuyck u A.-M. Vandromme, avukati)
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Oliver u E. Manhaeve, aġenti, assistiti minn K. Sawyer, barrister)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tar-REACH, ippubblikata fit-18 ta’ Ġunju 2010, li tidentifika l-aċidu boriku (KE Nru 233-139-2) u t-tetraborat tad-diossidju anidrat (KE Nru 215-540-4) bħala sustanzi li jissodisfaw il-kriterji msemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, p. 1), u li tinkludi dawk is-sustanzi fil-lista ta’ sustanzi identifikati bil-ħsieb ta’ inklużjoni eventwali fl-Anness XIV tal-imsemmi regolament, skont l-Artikolu 59 tal-imsemmi regolament.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
(2)
Etimine SA u AB Etiproducts Oy huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (REACH)
(3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 288, 16.03.2011.
Full & Egal Universal Law Academy