3.12.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 355/19
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ottubru 2011 — Lito Maieftiko Gynaikologiko kai Cheirourgiko Kentro vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-353/10) (1)
(Rikors għall-annullament - Nota ta’ debitu - Eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà - Natura kuntrattwali tal-kawża - Natura tar-rikors - Kwalità tal-att li jista’ jiġi kkontestat)
(2011/C 355/34)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrent: Lito Maieftiko Gynaikologiko kai Cheirourgiko Kentro AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: E. Tzannini, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou u A. Sauka, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tan-nota ta’ debitu maħruġa mill-Kummissjoni fit-22 ta’ Lulju 2010 għall-irkupru tas-somma ta’ EUR 109 415,20 imħallsa lir-rikorrent fil-kuntest ta’ għajnuna finanzjarja bħala sostenn ta’ proġett għal riċerka fil-qasam tal-mediċina.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors ġie rrifjutat bħala inammissibbli
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti minn Lito Maieftiko Gynaikologiko kai Cheirourgiko Kentro AE
(1) ĠU C 288 tat-23.10.2010.
Full & Egal Universal Law Academy