24.11.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 366/34
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Ottubru 2012 — Tecnimed vs UASI — Ecobrands (ZAPPER-CLICK)
(Kawża T-360/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Tardività - Assenza ta’ każ fortuwitu - Assenza ta’ forza maġġuri - Dritt ta’ aċċess għal qorti - Inammissibbiltà manifesta)
2012/C 366/66
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Tecnimed Srl (Vedano Olona, l-Italja) (rappreżentanti: M. Franzosi u V. Piccarreta, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Ecobrands Ltd (Londra, ir-Renju Unit)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta’ Ġunju 2010 (Każ R 1795/2008-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Tecnimed Srl u Ecobrands Ltd.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Tecnimed Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 55, 19.02.2011
Full & Egal Universal Law Academy