Kawża T-393/10 INTP: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2018 – Westfälische Drahtindustrie et vs Il-Kummissjoni (“Proċedura — Interpretazzjoni ta’ sentenza — Rettifika — Nuqqas li tingħata deċiżjoni)
C2492018MT3310120180517MT0041331331
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2018 – Westfälische Drahtindustrie et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-393/10 INTP) ( 1 )
“(“Proċedura — Interpretazzjoni ta’ sentenza — Rettifika — Nuqqas li tingħata deċiżjoni)”2018/C 249/41Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Westfälische Drahtindustrie GmbH (Hamm, il-Ġermanja), Westfälische Drahtindustrie Verwaltungsgesellschaft mbH & Co. KG (Hamm), Pampus Industriebeteiligungen GmbH & Co. KG (Iserlohn, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Stadler, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: V. Bottka, H. Leupold u G. Meessen, aġenti)
Suġġett
Prinċipalment, talba għall-interpretazzjoni tas-sentenza tal-15 ta’ Lulju 2015, Westfälische Drahtindustrie et vs Il-Kummissjoni (T-393/10, EU:T:2015:515) u, sussidjarjament, talba għal rettifika u għal rimedju għal nuqqas li tingħata deċiżjoni li tikkonċerna din is-sentenza.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Westfälische Drahtindustrie GmbH, Westfälische Drahtindustrie Verwaltungsgesellschaft mbH & Co. KG u Pampus Industriebeteiligungen GmbH & Co. KG huma kkundannati għall-ispejjeż.
( 1 ) ĠU C 301, 6.11.2010.
Full & Egal Universal Law Academy