11.6.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 173/10
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ April 2011 — Stichting Corporate Europe Observatory vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-395/10) (1)
(Aċċess għad-dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Rifjut impliċitu ta’ aċċess - Deċiżjoni impliċita adottata wara l-introduzzjoni tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2011/C 173/22
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Stichting Corporate Europe Observatory (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: S. Crosby, solicitor, u S. Santoro, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Clotuche-Duvieusart u C. ten Dam, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrenti l-aċċess għal ċerti dokumenti dwar ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Indja.
Dispożittiv
(1)
Ma għadx hemmx lok li tingħata deċiżjoni.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 301, 06.11.2010.
Full & Egal Universal Law Academy