18.6.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 179/16
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ April 2011 — Socitrel vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-413/10 R)
(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kompetizzjoni - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi multa - Garanzija bankarja - Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Dannu finanzjarju - Nuqqas ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali - Nuqqas ta’ urġenza)
2011/C 179/28
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Socitrel — Sociedade Industrial de Trefilaria, SA (Trofa, il-Portugall) (rappreżentanti: F. Proença de Carvalho u T. Luísa de Faria, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, V. Bottka u P. Costa de Oliveira, aġenti, assistiti minn M. Marques Mendes, avukat)
Suġġett
Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura taħt l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.344 — Azzar użat għall-prestressing), kif ukoll talba għal eżenzjoni mill-obbligu li tiġi kkostitwita garanzija bankarja biex jiġi evitat irkupru immedjat tal-multa imposta skont l-Artikolu 2 tal-imsemmija deċiżjoni.
Dispożittiv
(1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
(2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy