23.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 219/17
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ġunju 2011 — Companhia Previdente vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-414/10 R)
(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kompetizzjoni - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi multa - Garanzija bankarja - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Dannu finanzjarju - Nuqqas ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali - Nuqqas ta’ urġenza)
2011/C 219/25
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Companhia Previdente — Sociedade de Controle de Participações Financeiras, SA (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentanti: D. Proença de Carvalho u J. Caimoto Duarte, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, V. Bottka u P. Costa de Oliveira, aġenti, assistiti minn J. Marques Mendes, avukat)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4387 fnali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.344 — Azzar użat għall-prestressing), kif ukoll talba għall-eżenzjoni mill-obbligu li tiġi kkostitwita garanzija bankarja sabiex jiġi evitat l-irkupru immedjat tal-multa mogħtija skont l-Artikolu 2 ta’ din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
(1)
It-talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni hija miċħuda.
(2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy