5.5.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 135/34
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Marzu 2014 – – Magnesitas de Rubián et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-430/10) (1)
((“Ambjent - Prevenzjoni u tnaqqis integrati tat-tniġġis - Dokument ta’ referenza dwar l-aħjar tekniki disponibbli fl-industriji tas-siment, tal-ġir u tal-manjesju - Talba sabiex jiġi ddikjarat li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Ċaħda - Rinunzja - Tħassir”))
2014/C 135/43
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Magnesitas de Rubián, SA (Incio, Spanja); Magnesitas Navarras, SA (Zubiri, Spanja); u Ellinikoi Lefkolithoi Anonymos Metalleftiki, Viomichaniki, Naftiliaki kai Emporiki Etaireia (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: H. Brokelmann u P. Martínez-Lage Sobredo, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro, S. Petrova u E. Sanfrutos Cano, avukati)
Suġġett
B’mod prinċipali, talba għall-annullament tal-Kapitolu 3 tad-dokument ta’ referenza dwar l-aħjar tekniki disponibbli fl-industriji tas-siment, tal-ġir u tal-manjesju (ĠU C 166, p. 5), intitolat “Industrija tal-ossidju tal-manjesju (bi proċess niexef mill-magnesite naturali estratta)”, kif ukoll tar-riferimenti għall-industrija tal-ossidju tal-manjesju fl-imsemmi dokument u, b’mod sussidjarju, talba għall-annullament tal-paragrafu 3.5.5.4 tal-imsemmi dokument.
Dispożittiv
1)
It-talba sabiex jiġi ddikjarat li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni hija miċħuda.
2)
Il-Kawża T-430/10 għandha titħassar mir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali.
3)
Magnesitas de Rubián, SA, Magnesitas Navarras, SA u Ellinikoi Lefkolithoi Anonymos Metalleftiki, Viomichaniki, Naftiliaki kai Emporiki Etaireia għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 317, 20.11.2010.
Full & Egal Universal Law Academy