29.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 319/21
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Awwissu 2011 — IEM vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-435/10) (1)
(Rikors għal annullament - Ir-Raba’ programm ta’ qafas dwar attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni - Talba għar-rimbors ta’ ammonti mħallsa bil-quddiem għall-eżekuzzjoni ta’ kuntratt ta’ finanzjament ta’ riċerka - Klawżola ta’ arbitraġġ - Ittra li tannunzja l-ħruġ ta’ nota ta’ debitu - Ittra li tfakkar - Atti inseparabbli mill-kuntratt - Inammissibbiltà)
2011/C 319/45
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: IEM — Erga — Erevnes — Meletes perivallontos kai chorotaxias AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: N. Sofokleous, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou u A. Sauka, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament minn naħa, tal-ittra tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Mejju 2010, li tannunzja l-ħruġ ta’ nota ta’ debitu għar-rimbors ta’ somma ta’ EUR 105 416,47, li tikkorrispondi għall-ammonti mħallsa bil-quddiem lir-rikorrenti minn Parthénon AE Oikodomikon — Technikon — Touristikon — Viomichanikon — Emporikon kai Exagogikon Ergasion, b’eżekuzzjoni tal-kuntratt FAIR-CT98-9544 konkluż fil-kuntest tar-raba’ programm ta’ qafas dwar attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni u, min-naħa l-oħra, tal-ittra tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Lulju 2010, li terġa teżiġi l-ħlas tas-somma prinċipali mhux imħallsa, mitluba permezz tan-nota ta’ debitu Nru 3241004968.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
(2)
IEM — Erga — Erevnes — Meletes perivallontos kai chorotaxias AE hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 346, 18.12.2010.
Full & Egal Universal Law Academy