17.7.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 195/18
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2010 — ICO Services vs Il Parlament u Il Kunsill
(Kawża T-441/08) (1)
(“Rikors għal annullament - Deċiżjoni Nru 626/2008/KE - Qafas komuni għall-għażla u l-awtorizzazzjoni ta’ operaturi ta’ sistemi mobbli permezz tas-satellita - Nuqqas ta’ interess dirett - Inammissibbiltà”)
2010/C 195/28
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: ICO Services Ltd (Slough, Berkshire, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Tupper, solicitor)
Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: J. Rodrigues u R. Kaškina, aġenti); u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Kimberley u F. Florindo Gijón, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuti: Il Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti : M. Wilderspin u A. Nijenhuis, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni 626/2008/KE tal-Parlament u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Ġunju 2008, dwar l-għażla u l-awtorizzazzjoni ta’ sistemi li jipprovdu servizzi mobbli permezz tas-satellita (MSS) (ĠU L 172, p. 15).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
(2)
ICO Services Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
(3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 6, 10.1.2009.
Full & Egal Universal Law Academy