14.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 13/14
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Novembru 2011 — Apple vs UASI — Iphone Media (IPH IPHONE)
(Kawża T-448/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Reġistrazzjoni rrifjutata parzjalment - Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2012/C 13/30
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Apple, Inc. (California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Engelman, barrister, u J. Olsen, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Iphone Media, SA (Séville, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta’ Lulju 2010 (Każ R 1084/2009-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Apple, Inc. u Iphone Media, SA.
Dispożittiv
(1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.
(2)
Ir-rikorrenti għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-konvenut.
(1) ĠU C 328, 04.12.2010.
Full & Egal Universal Law Academy