7.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/17
Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2011 — ClientEarth et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-449/10) (1)
(Aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Rifjut impliċitu ta’ aċċess - Interess ġuridiku - Deċiżjoni espliċita adottata wara l-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2012/C 6/31
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: ClientEarth (Londra, ir-Renju Unit); European Federation for Transport and Environment (T&E) (Brussell, il-Belġju); European Environmental Bureau (EEB) (Brussell); u BirdLife International (Brussell) (rappreżentanti: S. Hockman, QC, u P. Kirch, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herrmann u C. ten Dam, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Lulju 2010, li tirrifjuta l-aċċess għal ċerti dokumenti li jikkonċernaw abbozzi ta’ rapport li jistudja l-effett fuq l-ambjent u l-kummerċ dinji tal-għanijiet tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-bijokarburanti.
Dispożittiv
(1)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk ta’ ClientEarth, tal-European Federation for Transport and Environment (T&E), tal-European Environmental Bureau (EEB) u ta’ BirdLife International.
(1) ĠU C 346, 18.12.2010
Full & Egal Universal Law Academy