24.9.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/21
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Lulju 2011 — Maruccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-450/10 P) (1)
(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Terminu raġonevoli għall-ippreżentar ta’ talba għad-danni - Dewmien - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)
2011/C 282/42
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: Luigi Maruccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentanti: G. Cipressa, avukat)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn de A. DaI Ferro, avukat)
Suġġett
Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla), tad-9 ta’ Lulju 2010, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-91/09, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Luigi Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.
(1) ĠU C 317, 20.11.2010.
Full & Egal Universal Law Academy