24.9.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/21
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Lulju 2011 — Fuchshuber Agrarhandel vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-451/10) (1)
(Rikors għad-danni - Politika agrikola komuni - Sejħiet għall-offerti permanenti għall-bejgħ mill-ġdid ta’ ċereali fis-suq Komunitarju - Setgħa ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni - Ksur manifestament serju ta’ dispożizzjoni legali li tati drittijiet lill-individwi - Rikors manifestament infondat fid-dritt)
2011/C 282/43
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Fuchshuber Agrarhandel GmbH (Hörsching, l-Awstrija) (rappreżentant: G. Lehner, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. von Rintelen u D. Triantafyllou, aġenti)
Suġġett
Rikors għad danni intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti minħabba nuqqas ta’ investigazzjoni, min naħa tal-Kummissjoni, tal-kundizzjonijiet ta’ implementazzjoni tas-sejħiet għall-offerti permananti għall-bejgħ mill-ġdid ta’ ċereali fis-suq Komunitarju, f’dan il-każ qamħirrun miżmum mill-aġenzija ta’ intervent Ungeriża.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.
(2)
Fuchshuber Agrarhandel GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 317, 20.11.2010
Full & Egal Universal Law Academy