12.5.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 138/17
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Marzu 2012 — Northern Ireland Department of Agriculture and Rural Development vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-453/10) (1)
(Rikors għal annullament - FAEGG, FAEG u FAEŻR - Infiq magħmul mir-Renju tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq - Infiq eskluż mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea - Awtorità reġjonali - Nuqqas ta’ interess dirett - Inammissibbiltà)
2012/C 138/33
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Northern Ireland Department of Agriculture and Rural Development (Belfast, Ir-Renju Unit) (rappreżentanti: K. Brown, solicitor, u D. Wyatt, QC)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Van den Wyngaert, P. Rossi u G. von Rintelen, aġenti)
Suġġett
Rikors għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/399/UE, tal-15 ta’ Lulju 2010, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta’ “Garanzija” tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 184, p. 6)
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors ġie miċħud bħala inammissibbli.
(2)
Northern Ireland Department of Agriculture and Rural Development huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 328, 04.12.2010.
Full & Egal Universal Law Academy