11.6.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 173/11
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ April 2011 — Département du Gers vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-480/10) (1)
(Rikors għal annullament - Ambjent u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem - Affarijiet tal-ikel u ikel għall-annimali ġenetikament immodifikat - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà)
2011/C 173/25
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Département du Gers (Franza) (rappreżentanti: S. Mabile u J.-P. Mignard, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Europea (rappreżentanti: D. Bianchi u L. Pignataro, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/426/UE, tat-28 ta’ Lulju 2010 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom il-qamħirrum modifikat ġenetikament Bt11xGA21 (SYN-BTØ11-1xMON-ØØØ21-9), jew li jikkonsistu minnu jew huma prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 199, p. 36).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
(2)
Id-Département du Gers għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea.
(3)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, tar-Région Centre, tar-Région Picardie, tad-Département de la Haute-Garonne, tar-Région Bretagne, tar-Région Poitou-Charentes, tar-Région Provence-Alpes-Côte d’Azur, tar-Région Bourgogne, tar-Région Midi-Pyrénées, tar-Région Auvergne, tar-Région Pays de la Loire, tar-Région Rhône-Alpes, tad-Département des Côtes d’Armor, tar-Région Île de France u tar-Région Nord-Pas-de-Calais.
(1) ĠU C 346, 18.12.2010.
Full & Egal Universal Law Academy