22.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 329/12
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Mejju 2014 – Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-511/10) (1)
([“Aċċess għad-dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Talbiet għal kwotazzjoni - Rifjut ta’ aċċess - Sostituzzjoni tal-att ikkontestat fil-mori tal-kawża - Nuqqas ta’ tibdil tat-talbiet għal annullament - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”])
2014/C 329/14
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u M. Dermitzakis, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Costa de Oliveira, E. Manhaeve u C. ten Dam, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni Ares(2010)508190 tal-Kummissjoni, tat-12 ta’ Awwissu 2010, li tirrifjuta l-aċċess għal talbiet għal kwotazzjoni mressqa fil-kuntest ta’ ċerti oqsfa ta’ kuntratti mmexxija mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.
2)
Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE u l-Kummissjoni Ewropea huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 13, 15.01.2011.
Full & Egal Universal Law Academy