9.4.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 113/14
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Frar 2011 — Nencini vs Il-Parlament
(Kawża T-560/10 R) (1)
(Miżuri provviżorji - Membru tal-Parlament Ewropew - Irkupru ta’ kumpens imħallas bħala rimbors tal-ispejjeż ta’ assistenza parlamentari u tal-ivvjaġġar - Talba għas-sospensjoni mill-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza)
2011/C 113/29
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Riccardo Nencini (Barberino di Mugello, l-Italja) (rappreżentant: F. Bertini, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Lorenz, A. Caiola u D. Moore, aġenti)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni mill-eżekuzzjoni ta’ numru ta’ deċiżjonijiet tal-Parlament Ewropew li jordnaw ir-restituzzjoni ta’ kumpensi parlamentari li ġew indebitament miġbura.
Dispożittiv
(1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
(2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
(1) ĠU C @@, @@.
Full & Egal Universal Law Academy