28.4.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 126/17
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Marzu 2012 — Octapharma Pharmaeutika vs Aġenzija Ewropea ghall-Mediċini
(Kawża T-573/10) (1)
(Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Emendi fil-fajl permanenti tal-plażma (DPP) - Tariffi dovuti lil-EMA - Att li jikkawża preġudizzju - Att purament konfermattiv - Inammissibbiltà manifesta)
2012/C 126/34
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Octapharma Pharmazeutika Produktionsgesellschaft mbH (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: I. Brinker, T. Holzmüller, avukati, u J. Schwarze, professeur)
Konvenuta: Aġenzija Ewropea ghall-Mediċini (EMA) (rappreżentanti: V. Salvatore, aġent, H. G. Kamann u P. Gey, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tal-ittra tal-21 ta’ Ottubru 2010 (EMA/643425/2010) li permezz tagħha l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) irrifjutat li tirrimoborsa lir-rikorrenti s-somma ta’ EUR 180 700 ekwiparabbli għad-differenza, minn naħa, bejn dak li din tal-aħħar ħallset bħala tariffi għall-eżami tal-emendi tat-termini ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u għal prodotti mediċinali veterinarji u, minn naħa oħra, dak li fl-opinjoni tagħha, hija għandha tħallas.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Octapharma Pharmazeutika Produktionsgesellschaft mbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 55, 19.02.2011.
Full & Egal Universal Law Academy