7.9.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 260/41
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Lulju 2013 — Just Music Fernsehbetriebs vs UASI — France Télécom (Jukebox)
(Kawża T-589/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Revoka tat-trade mark Komunitarja preċedenti - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2013/C 260/72
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Just Music Fernsehbetriebs GmbH (Landshut, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Kaus, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)
Parti oħra għall-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: France Télécom (Pariġi, Franza) (rappreżentant: C. Bertheux Scotte, avukat)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta’ Ottubru 2010 (Każ R 1408/2009-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn France Télécom u Just Music Fernsehbetriebs GmbH.
Dispożittiv
(1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.
(2)
Just Music Fernsehbetriebs GmbH u France Télécom huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll, kull waħda minnhom, nofs l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).
(1) ĠU C 72, 05.03.2011.
Full & Egal Universal Law Academy