Sentenza tal-Qorti tal-Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Mejju 2011 – Flaco-Geräte vs UASI – Delgado Sánchez (FLACO)
(Kawża T‑74/10)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali FLACO – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti FLACO – Raġuni relattiva għal rifjut – Identiċità tal-prodotti – Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Talba għall-prova tal-użu ġenwin mit-trade mark preċedenti mressqa għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell – Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 u Regola 22 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95”
1. Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark Komunitarja preċedenti identika rreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(a)) (ara l-punti 37, 48)
2. Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 37, 57)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ Novembru 2009 (Każ R 86/2009 2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Jesus Delgado Sánchez u Flaco-Geräte GmbH.
Informazzjoni dwar il-kawża
Aplikant għat-trade mark Komunitarja:
Flaco-Geräte GmbH
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali FLACO għal prodotti fil-klassijiet 7 sa 9 u 11 – Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 4108502
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Jesús Delgado Sánchez
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Trade mark Spanjola FLACO rreġistrata għal prodotti fil-klassi 7
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:
Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja parzjalment miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Flaco Geräte GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy