Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Mejju 2011 – Longevity Health Products vs UASI – Tecnifar (E-PLEX)
(Kawża T-161/10)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali E-PLEX – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti EPILEX – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 39, 43)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-5 ta’ Frar 2010 (Każ R 662/2009-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Tecnifar – Industria Tecnica Farmaceutica, SA u Longevity Health Products, Inc.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Longevity Health Products, Inc.
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali E‑PLEX għal prodotti u servizzi tal-klassijiet 3, 5 u 35 – Applikazzjoni Nru 5126909
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Tecnifar – Industria Tecnica Farmaceutica, SA
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Reġistrazzjoni tat-trade mark verbali Portugiża EPILEX għal prodotti fil-klassi 5
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni parzjalment milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell parzjalment miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Longevity Health Products, Inc hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy